المدة الزمنية 2:37

ROSEANNE CAMILLERI TIEĦU IL-PREMJU ĦADDIEM TAS-SENA

بواسطة ONE News Malta
191 مشاهدة
0
2
تم نشره في 2021/12/21

ONE.COM.MT • Roseanne Camilleri hija l-persuna li ingħatat l-premju prestiġjuż tal-ħaddiem tas-sena. Waqt is-serata annwali tal-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena ħafna individwi ġew nominati għax-xogħol u d-dedikazzjoni tagħhom. Kien hemm bosta li ġew rikonoxxuti ta’ ħidmiethom, f’serata li fiha l-President ta’ Malta fakkar kif pajjiżna għandu jibqa’ jgħożż l-aktar riżorsa importanti li għandu, ir-riżors uman. KITBA: SHANAYA FARRUGIA FILMAT: OPR / OPM ‘Nirrikonoxxu s-Sehem tal-Ħaddiema Tagħna’ kienet it-tema li tat il-bidu għas-serata annwali tal-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2021, fejn ġew onorati sitt individwi, tliet organizzazzjonijiet, u tim. Roseanne Camilleri kienet dik li ħadet il-premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena, Kap Eżekuttiv tal-Kura tas-Saħħa Primarja , ġiet rikonoxxuta għax-xogħol siewi li għamlet matul din is-sena u b’ferħ tenniet kemm hi kburija u li ħa tibqa’ taħdem għall-ġid tal-pajjiż. ROSEANNE CAMILLERI ĦADDIEMA TAS-SENA “Għalija l-premju ħaddiem tas-sena huwa premju prestiġjuż ħafna, huwa premju li jimmarka quċċata ta’ karriera fl’ambitu taċ-ċivil. Huwa premju li jtini l-kuraġġ ukoll jimlini bil-kuraġġ biex inkomplu intejbu u nagħmlu inizzjattivi ġodda għall-benefiċċju, għall-ġid tal-poplu tagħna kollu.” Fost ħafna premji oħra li ngħataw waqt din is-serata kien hemm oħrajn li rrikonoxxew lil Emanuel Psaila. Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ngħata l-premju għall-aħjar Kap tas-Sena u l-Pulizija tal-Komunità ħadet il-premju tat-tim tas-sena. Liana Bonnici imbagħad ħadet Premju għall-iktar Mexxeja Żagħżugħa Ispiranti u SportMalta ħadet l- Premju għall-Aktar Organizzazzjoni Inklussiva. Din l-attività ġiet organizzata mill-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta. Il-President ta’ Malta George Vella wera l-apprezzament tiegħu għall-fatt li l-premijiet qed jagħtu attenzjoni għal individwi li permezz tax-xogħol tagħhom kienu strumentali fil-mixja favur aktar sostenibilità u soċjetà inklussiva. Dr Vella nnota l-ħtieġa li d-drittijiet tal-ħaddiema, anki waqt pandemija, ma jkunux mittiefsa. Huwa faħħar l-impenn tal-Maltin u l-Għawdxin u qal li nistgħu nkunu kburin li minkejja l-isfidi kollha, pajjiżna xorta baqa’ jħares ’il quddiem u baqa’ jinvesti fl-iktar riżorsa fundamentali u għażiża għalih, ir-riżorsa umana. GEORGE VELLA PRESIDENT TA’ MALTA “Il-messaġġ huwa ċar, nirrikonoxxu s-sehem tal-ħaddiem fis-sens li rridu nirrealizzaw li f’pajjiż bħal tagħna fejn ir-riżorsi prattikament ma jeżistux għandna riżors kbir ħafna li huwa l-ħaddiem li bix-xogħol ta’ kuljum tiegħu jkun qed jikkontribwixxi l-ekonomija” Min-naħa tiegħu, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela qal li l-għan tal-Gvern huwa li jkompli jinċentiva l-bżulija u, għalhekk, qed jaħdem biex jiffoka l-enerġija tiegħu fuq l-iżvilupp ta’ xogħol diċenti u impjiegi ta’ kwalità. CARMELO ABELA MINISTRU “F’serata fejn ippremjajna l-bżulija ta’ dan il-poplu kemm tal-ħaddiema kif ukoll ta’ min iħaddem imma wkoll ta’ min imexxi diversi postijiet tax-xogħol fakkart kemm dan il-Gvern qed ikompli jpoġġi l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u l-interessi tax-xogħol f’pajjiżna fuq quddiem.”

الفئة

عرض المزيد

تعليقات - 0