المدة الزمنية 1:49

JITGĦALLMU JAĦDMU L-PRESEPJI SABIEX ISAĦĦU D-DRAWWIET

بواسطة ONE News Malta
660 مشاهدة
0
3
تم نشره في 2021/12/20

ONE.COM.MT • Hekk kif qed joqorbu l-festi tal-Milied, fil-parroċċa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi ingħaqad grupp ta’ persuni sabiex flimkien jitgħallmu jaħdmu l-presepji tradizzjonali Maltin. Dan bil-għan li jkomplu jissaħħu d-drawwiet Maltin tal-presepji fid-djar. Fost dawk li tgħallem kif jagħmel presepju hemm Luca, tfajjel ta’ disa’ snin. KITBA: NOLAN CAMILLERI FILMAT: BJORN BONELLO Is-Sodalità San Sebastjan f’Ħal Qormi tellgħet kors għal bosta parruċċani fejn dawn tgħallmu jaħdmu l-presepji tradizzjonali Maltin. Dan il-kors laqa’ persuni t’etajiet u esperjenzi differenti iżda li kollha kellhom l-istess namra lejn t-tradizzjonijiet Maltin tal-Milied. ONE News żar waħda mis-sessjonijiet ta’ dan il-kors fejn tkellimna mal-iżgħar parteċipant, tfajjel ta’ disa’ snin li qiegħed jaħdem l-ewwel presepju tiegħu. Luca Camilleri, spjegalna kif il-presepju li ħadem, fih element Malti. Il-presepju jinkludi kappella ta’ San Bastjan u s-Salib tad-Dejma. LUCA CAMILLERI ĦADEM FUQ PRESEPJU TRADIZZJONALI “Aħna l-presepji minn dejjem xtaqna nagħmluh, din is-sena ġietni x-xewqa u għamiltu.” U ċ-ċkejken qalilna f’liema stadju wasal fil-presepju tiegħu. LUCA CAMILLERI ĦADEM FUQ PRESEPJU TRADIZZJONALI “Inħalluh jinxef u imbagħad intuh it-tieni passata u nerġgħu intuh passata oħra biex ikun sew.” Il-presepju f’Malta jingħad li ilu li daħal fuq erba’ mitt sena. Aktarx l-ewwel presepji f’Malta kienu fuq stil Naplitan, bir-Rettur tas-Sodalità San Sebastjan Chris Camilleri, jistqarr li l-presepju u l-Bambin għandhom jibqgħu fiċ-ċentru tal-Milied. Saħaq kif l-għan aħħari tal-kors kien li jkompli jsaħħaħ id-drawwiet Maltin tal-presepji tradizzjonali fid-djar. CHRIS CAMILLERI RETTUR TAS-SODALITÀ SAN SEBASTJAN “Bħala għaqda iddeċiedejna li nagħmlu l-kors tal-presepji sabiex, l-ewwel noħolqu attività ta’ fundraising differenti minn tas-soltu u biex kemm jista’ nimbuttaw l-idea tal-presepju, li kulħadd ikollu l-presepju fid-dar tiegħu, ovvjament iċ-ċentru tal-festi tal-Milied.” L-għaxar parteċipanti fit-tieni edizzjoni ta’ dan il-kors kollha qed jaħdmu fuq l-presepju oriġinali tagħhom li mistennija jitgawdew għall-ewwel darba f’dan il-Milied.

الفئة

عرض المزيد

تعليقات - 0